‘mbagład eżatt wara d-dmugł jinżel ir-ramel
jixxotta l-ilma ta’ l-ugigł u n-niket,
jingabar fitt fix-xquq ta’ tałt l-głajnejn.
Głodd kemm-il demgła xiła ilek terfa’,
kemm-il bewsa xtaqt tbus lill-bałł ta’ fejnek,
kemm-il bewsa tajt lill-imładda ratba,
kemm-l anniversarju qaddist lill-qamar
li baqa’ dejjem juri l-mard fatali
li rajt isełł quddiemek donnu storja
li qatt ma grat u baqgłet issełł dejjem,
kemm-il kanzunetta smajt biex tiftakar
it-triq li waslet s’hawn mingłajr ma łlomtha,
kemm-il darba xtaqt titfi d-dawl ła tara
x-xbieha bajda li resqet lejk kull lejla
bla qatt ma stajt tałkimha. Głodd id-drabi
li xtaqt taqa’ głal isfel biex tiggarraf,
biex qatt ma terga’ titla’ lura b’sałłtek;
głodd kemm-il darba xtaqt issuq lejn l-ilma
biex tibqa’ nieżel hemm bin-niket b’kollox
u tgławwem l-ałłar nifs łiereg minn gismek,
u tistrieł, fil-qiegł, u tistrieł głal dejjem;
kemm gbidt bibien warajk biex ładd ma jidłol;
kemm bibien ftałt biex forsi ma tafx kif ...
Głodd kull tektika ta’ l-arlogg li głandek
itaqqallek sidrek marid bil-marda ta’ min qagład jistenna dik ix-xemx tielgła
f’nofs lejl ta’ krib u qtugł ta’ nifs imqałqał;
głodd is-siggu vojt l’hemm mitluq fir-rokna
ma’ l-ołrajn qodma b’saqajhom żlugati;
l-gugarelli li qatt ma lagłbu bihom;
il-pupi sbieł li gładhom ippakkjati;
głodd l-głasafar li jieqfu biex jistkennu
fil-ventilaturi ta’ did-dar vojta
nieqsa mill-głajat u mid-dałq ta’ żgłażagł
li głada jqumu fuq riglejhom sodi
ła jimxu l-istess triq li xtaqt li taqbad;
głodd il-bikjiet li fgajt mingłajr sibt l-głala;
głodd id-drabi li qomt bil-lejl bil-głaraq
ixarrablek dahrek kiesał błan-nida
li taqa’ siekta siekta f’dawl il-qamar;
głodd kemm-il kafè xrobt wałdek filgłodu;
głodd kemm fjuri qtajt biex qgładt tarahom jinxfu,
głoddhom wałda wałda: łomor u bojod -
łomor błall-passjoni li ridt trodd, bojod
daqs il-fantażmi koroh ta’ l-imgłoddi.
Głodd, głodd, głodd sa ma fl-ałłar tegłja w orqod,
w ołlom bi lwien sbieł li qatt ma jittappnu.